Niltaqghu

 Il-Programm “Niltaqghu” jerga maghna!

 

Fil-bidu ta’ din ix-Xitwa ser jerga maghna il-programm “Niltaqghu”, li ghalkemm ilu wieqaf madwar sitt xhur, kien ilu jigi trazmess ghal tmien snin konsekuttivi fuq stazzjon televiziv iehor.

 

Bhal dejjem, il-programm se jkun qed jintwera’ fuq trazmissjoni diretta kull nhar ta’ Tnejn; jibda minn l- ewwel gimgha ta Jannar sa l-ahhar ta’ Gunju 2015. Din id-darba, “Niltaqghu” se jsir fuq F Living Channel kull nar ta Tnejn, bejn is-18:30 u 20:00 ta’ filghaxija, fil-hin li t-telespettaturi Maltin ikunu migburin madwar il-mejda ghall-ikla ta’ filghaxija.

 

Il-Programm segwit, bl-iskop li joqtol il-monotonija ta’ nhar ta’ Tnejn, jitratta diversi suggetti nteressanti, b’enfasi fuq id-djar u d-dekor taghhom. Imzejjen b’irkejjen ohra ta’ divertiment, il-programm jinkludi kant u intervisti ma’ kantanti godda, kif ukoll ir-rokna tant segwita tal-passatempi u kollezzjonisti, fejn jidhru filmati li jitrattaw is-suggett ta’ l-entuzjasti Maltin.

 

Il-prezentatur principali ta’ “Niltaqghu” jibqa’ Godwin.

 

Ghall-programm “Niltaqghu”, Godwin jiehu wkoll ir-rwol ta’ prducer u espert ta’ l-ghamara b’idejat innovattivi li jolqtu t-telespettaturi Maltin.

 

Permezz tal-mistiedna esperti, wiehed se jkun jista’ jitghallem dwar kull aspett ta’ l-interior design, fosthom ir-rokna unika “Niddisinjaw id-dar ma’ Godwin”, fejn nidhlu fid-djar tal-Maltin u nuru filmati ta’ l-istil ta’ l-arredament taghhom u naghtu pariri dwaru. Waqt il-programm, titghallmu wkoll kif taghmlu pjan ta’ infrastruttura u x’ghandkom tfittxu meta qeghdin tordnaw prodotti jew servizzi ghax-xogholijiet tad-dar taghkom.

 

Peress illi “Niltaqghu” jitratta suggetti li ghandhom x’jaqsmu mad-dar; bhal ghamara, dekor u tizjin iehor, il-programm huwa ta’ interess ghal kulhadd. Waqt il-programm ser ikun hemm ukoll, cans ghal telefonati, fejn wiehed jista jistaqsi l-esperti prezenti, xi pariri dwar id-dar tieghu. Il-kompetizzjonijiet ma jonqsux u r-rigali x’jintrebhu ser ikunu bosta, fosthom il-premju kbir finali, li jittella fl-ahhar programm.

 

Dawk li jixtiequ jzommu kuntatt ma’ Godwin u t-team tal-programm “Niltaqghu”, jistghu jaghmlu dan billi jidhlu fuq il-pagna tal-facebook: www.facebook.com/niltaqghu.programme jew jibghatu email fuq magimalta@hotmail.com.

 

 

 

Sadanittant, Niltaqghu!